“Nhar is-Sibt, l-1 ta’ Ġunju, l-Għaqda Poeti Maltin qed tistieden lil dawk kollha li jixtiequ jaqraw poeżiji minn tagħhom b’liema lsien ikun f’Dar l-Emigrant, ħdejn il-Barrakka ta’ Fuq bejn l-għaxra ta’ filgħodu u nofsinhar. Kulħadd huwa ħieles li jippreżenta l-kitbiet tiegħu fuq liema ġeneru jrid imbasta dan ikun wieħed li ma joffendi lil ħadd. Qiegħda tkun ħaġa sabiħa u ta’ min jinkoraġġiha li tfal żgħar qed jitħajru jiġu biex jaqraw il-poeżiji ukoll jekk dawn ma jkunux kitbuhom huma stess. L-importanti huwa li dawn it-tfal ineħħu l-mistħija minn fuqhom.”
Tuesday, May 28, 2013
Saturday, May 25, 2013
Serata Ġewwa r-Razzett tal-Markiż
Għal darb'oħra, l-Għaqda Poeti Maltin, tellgħet lejla ta qari ta poeżija ġewwa r-razzett tal-Markiħ fil-Mosta. F'ambjent mill-isbaħ imżewwaq b'kuluri tal-fjuri u żiffa ħelwa, udjenza ġmielha nġabret biex tapprezza l-kitba moqrija minn membri tal-istess Għaqda.
Il-President is-Sur Charles Magro, qal illi għalkemm il-poeżija fiha t-teknika tagħha xorta kull karba jew għajta ta ferħ li toħrog mil-qalb tissejjaħ poeħija. Huwa stieden lil dawk preżenti biex jifhmu u joqgħodu attenti għal dak li se jisimgħu għax b'hekk biss wieħed iħoss sudisfazzjon tal-kitba tiegħu.
Fost il-mistednin kien hemm is-Sur Frank Zammit, Malti li jgħix ġewwa l-Awstralja, u li għamel żmien membru tal-Għaqda Poeti Maltin. Huwa qal illi jixtieq li jerġa jibda jikkorrespondi magħna u wara li qara żewġ poeżiji offra għaxar kotba tiegħu lil Għaqda Poeti Maltin.
Iżżewwaq il-poeżija kien hemm il-Mużika li din id-darba giet offruta lilna mil-kitarrist Ray Ellul li semmalna siltiet sbieħ minn tal-Beatles.
Il-grupp Talent Mosti offra kotba lil Għaqda fl-okkażjoni tal-anniversarju tagħhom. Aħna nirringrazzjawjhom talli ta kull sena joffrulna dan il-post sabiħ biex inkunu nistgħu inqattgħu sagħtejn flimkien f'ambjent tradizzjonali.
Saturday, May 18, 2013
Ikla fir-Razzett l-Antik f'Ħal Qormi
Nhar is-Sibt, 18 ta' Mejju 2013, l-Għaqda Poeti Maltin organizzat ikla għall-membri tagħha. Din saret fir-Razzett l-Antik, f'Ħal Qormi, fejn dawk preżenti setgħu jgawdu ikel tipikament Malti. Din kienet okkażjoni oħra fejn il-membri tal-Għ.P.M. setgħu jiltaqgħu u jitkellmu dwar suġġetti differenti f'atmosfera informali.
Wednesday, May 8, 2013
l-Għaqda Poeti Maltin fl-Imtarfa
Nhar is-Sibt 4 ta’ Mejju, l-Għaqda Poeti Maltin flimkien mal-Kunsill Lokali
tal-Imtarfa, tellgħu serata mużiko-poetika ġewwa l-iskola Primarja tal-istess
raħal. Għal din l-attivita’ kien hemm preżenti s-Sindku s-Sur Daniel Attard u
l-kunsilliera u membri tal-Għaqda Poeti Maltin. Kienhemm ukoll il-Kap
tal-Iskola s-sinjura Joanne Mifsud.
Is-serata fetħet b’diskors mil-Viċi President tal-Għaqda s-Sur Patrick
Sammut u kompliet b’qari ta’ poeżiji minn diversi membri tal-Għaqda u
kunsilliera. Fost il-poeti u qarrejja kienhemm wkoll żewġt itfal li qraw
poeżiji miktubin minnhom stess.
Fl-aħħar saret preżentazzjoni ta’ kotba lil-Kap tal-iskola Primarja
tal-Imtarfa u wara għamel id-diskors tiegħu is-Sindku.
Għal din l-attivita’ li ġiet ippreżentata minn Miriam Ellul. kellna bħala
mistieden il-kantant Lawrence Gray li tagħna tlett kanzunetti mil-isbaħ li
komplew żewqu din is-serata.
Lejla ta' Poeżija r-Razzett tal-Markiż
Il-Lejla ta' Poeżija li jmiss ser issir ġewwa r-Razzett tal-Markiż il-Mosta,
nhar il-Ġimgħa 24 ta' Mejju, fis-7pm. Kulħadd huwa mistieden biex jiġi jaqra
l-poeżiji tiegħu fl-ambjent ħelu ta' dan ir-razzett.
Monday, May 6, 2013
Qari ta’ Poeżiji f’Dar l-Emigrant
Qari ta’
Poeżiji f’Dar l-Emigrant
L-Għaqda Poeti Maltin żammet l-appuntament ta’ kull
xahar fejn il-poeti u ħbieb tal-poeżija jiltaqgħu f’Dar l-Emigrant u bejn
kikkra kafe’ u oħra, jaqraw xi poeżija u jgħidu kelma. Illum kien ta’ sodisfazzjon li
fostna kien hemm taħlita’ ta’ żgħażagħ flimkien ma’ awturi aktar maturi. Ma jonqsux ukoll żewġt itfal ħelwin li wkoll
qraw poeżija favorita tagħhom.
Interessanti wkoll, membru ġdid
tal-Għaqda Poeti Maltin, persuna li titħaddet tajjeb ir-Russu, l-ewwel lingwa
tagħha, l-Ingliż u l-Malti li tgħallmitu matul dawn il-ftit snin kemm ilha
Malti. Mhux biss imma rreċitat ukoll
tliet poeżiji minn tagħha, bil-Malti bl-amment!
Bħas-soltu, kull poeżija ta’ kull poeta hija differenti, kull waħda
tixhed il-personalita’ differenti tal-poeta.
Iltqajna bħas-soltu għall-ħabta tal-10.00 am. Inħeġġu lil dawk kollha li jew għandhom xi
poeżija, jew anke dawk kollha li forsi qatt ma kitbu imma jħobbu jisimgħu
l-poeżija sabiex iżommu l-appuntament għal xahar ieħor u jiltaqgħu magħna.
Subscribe to:
Posts (Atom)