Nhar is-Sibt, 4 ta' Mejju, filgħodu bejn l-10:00 u nofsinhar, l-Għaqda
Poeti Maltin tistieden lil dawk kollha, membri u mhumiex biex jiġu f'Dar
l-Emigrant, il-belt Valletta għal nofstanhar ta' qari ta' poeżiji fuq kull
ġeneru u b'kull lingwa.
Sunday, April 28, 2013
Thursday, April 25, 2013
SERATA TA’ POEŻIJA - JUM L-IMTARFA
L-GĦAQDA POETI MALTIN u l-KUNSILL LOKALI MTARFA
jistiednu lilek, ‘il-familjari tiegħek, u l-ħbieb għal Serata ta’ Poeżija u Mużika bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’JUM L-IMTARFA.
Is-Serata se ssir is-Sibt, 4 ta’ Mejju 2012, fis-7:30 pm fl-iSkola Primarja ta’ l-iMtarfa
Ġibu l-Poeżiji tagħkom biex taqrawhom. Tistgħu taqraw ukoll poeżiji ta’ ħaddieħor. Kulħadd hu mistieden biex jieħu sehem.
jistiednu lilek, ‘il-familjari tiegħek, u l-ħbieb għal Serata ta’ Poeżija u Mużika bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’JUM L-IMTARFA.
Is-Serata se ssir is-Sibt, 4 ta’ Mejju 2012, fis-7:30 pm fl-iSkola Primarja ta’ l-iMtarfa
Ġibu l-Poeżiji tagħkom biex taqrawhom. Tistgħu taqraw ukoll poeżiji ta’ ħaddieħor. Kulħadd hu mistieden biex jieħu sehem.
Saturday, April 20, 2013
It-Tnedija tal-Ktieb Vacanza Romane 2012
Nhar il-Ġimgħa 19 t’April saret it-tnedija tal-ktieb Vacanza Romane 2012,
liema ktieb ħareġ mil-pinna ta’ Dr. Emmanuel Attard Cassar. Il-preżentazzjoni
ġiet fdata f’idejn l-Għaqda Poeti Maltin u saret ġewwa ċ-Ċentru Kommunita’
Franġiskana tal-Furjana. Waqt din
is-serata inqraw siltiet ta’ proża u poeżija mill-ktieb u bħas-soltu kellna
tisbiħ bil-mużika u l-kant ta’ Walter Micallef.
Numru sabiħ ta’ membri tal-Għaqda
flimkien mal familja ta’ Emmanuel u membri tal-Gruppi Familji Franġiskani setgħu
virtwalment jgħaddu mit-toroq ta’ Ruma u jħossu il-ġmiel ta’ din il-Belt
eterna’, kif inhi msejħa. Il-ktieb jispjega tajjeb l-esperjenzi illi Emmanuel
għadda minnhom flimkien mal-familja tiegħu ġewwa Ruma. Waħda mil-kitbiet tiegħu,
illi ġġib l-isem ta’ Il Frate di Via Cairoli, toħodna lura għas-snin
tmenin meta l-awtur u xi ħbieb tiegħu kienu marru jżuru xi kunventi ġewwa Ruma
flimkien ma Patri Filippu, illi kien ukoll preżenti għal din is-serata.
L-introduzzjoni saret
mill-President tal-Għaqda s-Sur Charles Magro fejn qal illi kien pjaċir
tal-Għaqda illi tippreżenta dan il-ktieb ta’ membru tagħha u esprima wkoll
sodisfazzjon għan-numru mdaqqas ta’ udjenza. Huwa qal illi Ruma hija tlitt
ibliet f’waħda ... Ruma Kristjana, Ruma storika u Ruma moderna. Il-President tal-għaqda
rringrazzja wkoll lil-kantant Walter Micallef talli aċċetta l-istedina tagħna.
Wara din l-introduzzjoni Charles
Magro qara l-poeżija mil-l-istess ktieb Vacanze Romane 2012 ... Roma
u wara smajna lil Patrick Sammut jaqra s-silta Il Frate di Via Cairoli.
Il-poeżija Magnificenza nqrat minn Salv Sammut ... poeżija fejn
l-awtur jiddeskrivi mument ta’ paċi fil-kumpanija tal-familja tiegħu waqt li
qegħdin jieħdu l-fatra ġewwa l-lukanda. Un Problema Irrisolvibile
silta ħelwa mil-ktieb inqrat mis-Sur Azzopardi, membru fi ħdan il-Grupp
Familji Franġiskani.
Hawnhekk wasal il-ħin biex
Emmanuel jagħmel l-intervent tiegħu u beda billi tkellem dwar l-esperjenza illi
kellu s-sena l-oħra ġewwa Ruma, fejn mar flimkien mal-familja tiegħu biex
jakkumpanjaw lit-tifel Jack, ġewwa l-Vatikan, bħala abbati. Huwa qal illi din
l-esperjenza ġiegħlithom jikbru u jissaħħu flimkien u ħass illi għandu
jesprimniha f’dan il-ktieb. Huwa qal ukoll illi kellhom l-opportunita’ illi
jżuru Assisi, pajjiż kwiet u trankwilll kif jiddeskrivu tajjeb it-tlitt poeżiji
illi nqraw u li jġibu l-istess isem.
Wara d-diskors t’ Emmanuel inqrat
poeżija oħra tiegħu minn Omar Seguna bl-isem ta’ Percorso u fl-aħħar
inqraw ukoll poeżiji mil-membri tal-Għaqda Poeti Maltin, Therese pace u John
Mallia.
Is-serata ingħalqet minn Patri
Filippu Cutajar, li qali li kien ilu ħafna snin jaf lil Emmanuel u jħossu kburi
illi dan il-kittieb għażel iċ-Ċentru Komunita’ Franġiskana għal-preżentazzjoni
tal-ktieb tiegħu fejn wieħed jista’ jinduna wkoll bl-ispirtu Franġiskan.
Wara kulħadd baqa’ fiċ-ċentru għal-bibita.
Ippreżentat din is-serata Miriam
Ellul.
Monday, April 15, 2013
L-Għ.P.M tistieden fiċ-Ċentru Kultura Franġiskana
Tnedija tal-ktieb “Vacanze Romane 2012” ta' seħibna
Emmanuel Attard Cassar, se ssir nhar il-Ġimgħa, 19 ta' April fit-8:00 ta'
filgħaxija fiċ-Ċentru Kultura Franġiskana qrib il-Kunvent tal-Kapuċċini
tal-Furjana. L-Għaqda Poeti Maltin tistieden lil dawk li għandhom xi poeżija
b'liema lsien jixtiequ u li tkun relatata mal-Belt ta' Ruma, il-Vatikan jew
il-Belt ta' Assisi biex dakinhar jaqrawha f'dik is-serata. Grazzi,
narawkom.
Saturday, April 13, 2013
L-Għaqda Poeti Maltin - Mosta.
L-Għaqda Poeti Maltin,
f'kollaborazzjoni mal-Għaqda Filantropika Talent Mosti, se ttella' Lejla ta'
Poeżija nhar il-Ġimgħa, 24 ta' Mejju 2013, fis-7p.m. Kulħadd huwa mistieden. Min
irid jista' jġib u jaqra l-versi tiegħu b'ilsna differenti u jista' wkoll jaqra
versi ta' poeti għal qalbu. Dħul b'xejn.
Subscribe to:
Posts (Atom)