Friday, September 21, 2012
Lejla Internazzjonali ta' Poeżija
L-Għaqda Poeti Maltin se ttella'
nhar il-Ġimgħa, 28 ta' Settembru, fis-7 p.m. f'kollaborazzjoni mal-avveniment internazzjonali 100 Thousand Poets for Change.
Il-post se jkun il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara, Ċentru Ċiviku, Triq Tumas Fenech (wara l-Knisja ta' Santa Liena).
L-idea wara dan l-avveniment internazzjonali huwa biex tinħoloq kuxjenza favur il-bidla ambjentali, soċjali u politika, u dan kollu fi struttura ta' paċi u sostenibbilta'.
Għalhekk il-Membri tal-Għaqda Poeti Maltin, flimkien ma' dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-poeżija u anki dak kollu li hu favur il-paċi, huma mistiedna jattendu u jġibu magħhom poeżiji, anki b'ilsna differenti, biex jaqrawhom quddiem dawk preżenti.
Ma ninsewx li din il-Lejla se tkun parti minn avveniment internazzjonali li għandu l-istess għanijiet. Malta diġa' pparteċipat is-sena l-oħra f'dan l-avveniment permezz tal-Għaqda Poeti Maltin. Nerġgħu nkunu preżenti u nħajru lil dawk ta' madwarna biex jattendu, jaqraw jew jisimgħu poeżiji differenti biex ningħaqdu ma' bosta pajjiżi oħra mid-dinja kollha.
SOROPTIMIST PEACE EVENT PRGRAMME
Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għal Paċi, id-19 ta’ Settembru, is-Soroptimist Peace Movement – Malta, tellgħat lejla ta’ attività kulturali b’risq il-Paċi ħdejn il-qanpiena l-kbira qrib il-breakwaters. F’dik il-lejla tkantaw kanzunetti u inqraw poeżiji u messaġġi dwar il-valur u l-importanza tal-paċi bejnietna u madwar id-dinja. L-Għaqda Poeti Maltin ġiet mistiedna tieħu sehem. Il-President, is-Sur Charles Magro; il-Segretarju, is-Sur Salv Sammut u l-Assistent Teżorier, is-Sur Godwin Cini laqgħu din l-istedina fejn is-Sur Godwin Cini, f’isem l-Għaqda Poeti Maltin, qara poeżija miktuba minnu stess waqt li l-President u s-Segretarju xegħlu xemgħa ċkejkna kull wieħed fil-bidu tal-attività u waħda mdaqqsa nxtegħlet mill-President waqt il-messaġġ tas-Sur Godwin Cini. Fl-aħħar tal-attività, saru messaġġi mis-Sinjura Kate Gonzi, mart il-Pim Ministru u s-Sinjura Michelle Muscat, mart il-Kap tal-Oppożizzjoni. Wara, tfal żgħar tajru ħamiem bħala turija ta’ paċi.
Made of Love
Life is made of
Roses, bright stars
and of love.
Life is made of
sunshine, blue seas
and of white doves.
Life is made of
Smiles, caring and
giving kisses.
Life is made of
hugging, handshakes
and the sincerest wishes.
Death is made of
hatred, bloodsheds
and of evil desire.
Death is made of
Torture, killing
And of tire.
So let’s forgive, love
And shelter together
And hand in hand, we can live for ever.
Godwin Cini
Published by The Ghaqda Poeti Maltin,
International Library of Poets and
by Green Peace International.
Made of Love
Life is made of
Roses, bright stars
and of love.
Life is made of
sunshine, blue seas
and of white doves.
Life is made of
Smiles, caring and
giving kisses.
Life is made of
hugging, handshakes
and the sincerest wishes.
Death is made of
hatred, bloodsheds
and of evil desire.
Death is made of
Torture, killing
And of tire.
So let’s forgive, love
And shelter together
And hand in hand, we can live for ever.
Godwin Cini
Published by The Ghaqda Poeti Maltin,
International Library of Poets and
by Green Peace International.
Made of Love
Life is made of
Roses, bright stars
and of love.
Life is made of
sunshine, blue seas
and of white doves.
Life is made of
Smiles, caring and
giving kisses.
Life is made of
hugging, handshakes
and the sincerest wishes.
Death is made of
hatred, bloodsheds
and of evil desire.
Death is made of
Torture, killing
And of tire.
So let’s forgive, love
And shelter together
And hand in hand, we can live for ever.
Godwin Cini
Published by The Ghaqda Poeti Maltin,
International Library of Poets and
by Green Peace International.
Friday, September 7, 2012
Serata f’ġieħ is-Sur Alfred Massa
Fil-5 ta’ Settembru, ġewwa Dar il-Kejka Ħal-Tarxien, L-Għaqda Poeti Maltin tellgħet serata f’ġieħ is-Sur Alfred Massa, ex-President tal-istess għaqda. Fost il-pubbliku kienhemm is-Sindku ta’ Ħal-Tarxien il-Kav.Pawlu Farrugia, il-Viċi Sindku, kunsilliera u membri. Waqt din l-attivita’ xi membri qraw uħud mix-xogħlijiet ta’ dan il-kittieb ... fosthom poeżiji bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan u siltiet minn rumanzi u novelli.
Il-President attwali, s-Sur Charles Magro, ppreżenta din is-serata u fetaħ billi għamel diskors ta’ apprezzament dwar is-Sur Massa.
Il-kantawtur Walter Micallef żewwaq din l-attivita’ bi kliem u mużika mil-isbaħ li ħarġu mil-pinna tiegħu stess.
Alfred Massa ġie ukoll mogħti t-titlu prestiġjuż ta’ president Onorarju tal-Għaqda Poeti Maltin.
Fid-diskors tiegħu is-Sur Massa qal kif flimkien mas-Sur Amante Buontempo kienu l-ewwel pijunieri tal-Għaqda Poeti Maltin u pass wara pass u b’ħidma b’ħafna dedikazzjoni laħaq sal-ogħla kariga. Huwa qal illi jixtieq jgħaddi messaġġ lil-President il-ġdid, is-Sur Charles Magro, l-istess messaġġ illi għaxar snin qabel kien ġie mgħoddi lilu mil-Professur Buontempo ... biex jibqa jħobb l-Għaqda.
Huwa rringrazzja lil-dawk kollha preżenti, lis-Sindku u anki lil-membri tas-sehem illi taw u li qegħdin jagħtu. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas irringrazzja wkoll lis-sinjura tiegħu talli dejjem kienet ta’ għajnuna u ta sapport matul l-impenn tiegħu fi ħdan l-Għaqda Poeti Maltin.
Is-Sindku il-Kav. Pawlu Farrugia faħħar lis-Sur Massa għax-xogħol metikoluż tiegħu u ta’ ħidmietu mhux biss fl-Għaqda Poeti Maltin imma wkoll għax-xogħol li jwettaq għal-parroċċa ta’ Ħal-Tarxien, li tant iħobb.
Is-Sur Massa ingħata wkoll tifkiriet għal-okkażjoni.
Subscribe to:
Posts (Atom)