Pages

Wednesday, June 29, 2011

Avviżi Tal-Għaqda Poeti Maltin - Notice Board

Lulju 2011 - July 2011

Tnedija tal-ktieb diġitali tal-membru tal-Għ.P.M., Omar Seguna, nhar il-Ġimgħa, 8 ta' Lulju 2011 fis-7.30 pm.
Post: L-iskola sekondarja tas-subien, Triq Nazju Ellul, Gżira. Membri u ħbieb mistiedna.

L-Għ.P.M. se ttella' Serata f'ġieħ in-nutat V.M. Pellegrini LL.D. (ex-Membru Onorarju ad vitam tagħha) f'għeluq il-100 sena minn twelidu. Din se ssir nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Lulju 2011 fis-7.00 pm fil-Palazz tal-Markiż, il-Mosta. Kulħadd mistieden, speċjalment il-membri li se jkollhom iċ-ċans li jaqraw il-poeżiji tagħhom ukoll.

Sunday, June 26, 2011

IL-Kelma Tal-President - Word From The President - Ġunju 2011

Mhux l-ewwel darba li lmentajt dwar in-nuqqas ta' wħud mill-membri fl-attivitajiet tal-Għaqda. Tajjeb infakkar li bosta minn dawn l-attivitajiet isiru propju għall-membri nfushom.
Bħalissa ninsabu fis-Sajf. L-attivitajiet tagħna jibqgħu għaddejjin, għalhekk wieħed jistenna li l-attendenza tal-membri tiżdied għax is-Sajf iġib miegħu inqas irbit.
Ma jdumx ma jitħabbar il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2011. Okkażjoni fejn il-membri jistgħu jesponu vrushom; immaterjali jispiċċawx rebbieħa jew le. Jisgħobbija ngħid li kultant aktar ikollna parteċipanti li mhumiex membri milli mill-membri nfushom. Dan m'għandux ikun.
Ta' min ifakkar li l-Għaqda Poeti Maltin qiegħda hemm biex tgħin qabel xejn lill-membri tagħha billi fost affarijiet oħra toffrilhom opportunitajiet biex joħorġu għad-dawl il-poeżiji li jkunu nisġu matul is-sena.
Jalla aħna l-membri ngħinu lill-Għaqda u fl-istess ħin nagħmlu użu mill-għajnuna li l-Għaqda toffri lilna.

ALFRED MASSA