Winner of National Poetry Contest for second year running
Rizultat ta' Konkors Letterarju
Konkors Nazzjonali tal-Poezija 2005
National Poetry Contest Winners
Ir-Rebbieha
Versi tfakkar 30 sena
Saturday, December 31, 2005
Tuesday, March 1, 2005
Għaqda Poeti Maltin
(f’Għeluq it-Tletin Anniversarju: 1975-2005)
B’dedika:
Lill-President, is-Sur Alfred Massa, lill-kumitat u lill-membri tal-Għaqda.
Mons. Amante Buontempo silet randa
u twieldet l-Għaqda bid-dehen ta' ħsieb ir-ruħ.
Għadha tħaddar werqa werqa l-girlanda
madwar pinna mistrieħa fuq ktieb miftuħ.
Il-pinna setgħana tal-moħħ u ta' l-id
tħażżeż għerf il-ħsieb tal-poeti mġarrbin.
Vrus għonja jagħtu ħajr, iroddu lis-Sid,
jidwu leħen ġensna f’siegħat imkarrbin.
Il-ktieb u l-Versi tal-Għaqda mwaħħda sfiq
nisġa ta’ ħila w don f’antaloġija,
kull folja tkattar volum iwitti t-triq
lejn ġejjien jisboq b’riżq il-poeżija.
Laurus Nobilis, tletin klil mislutin,
jagħtu ġieħ, lill-Għaqda Poeti Maltin.
Raymond Grech
1 ta’ Marzu 2005
Tas-Sliema.
Din il-Poeżija inqrat u ġiet ippreżżentata mill-awtur lill-Mons, G. Zammit, Kanċillier ta’ l-Arċidjoċesi ta’ Malta nhar is-Sibt, 15 ta’ Ottubru waqt Serata ta’ Poeżija u Mużika f’ġieħ Mons. Amante Buontempo fl-okkażjoni tat-30 anniversarju mit-twaqqif ta’ l-Għaqda Poeti Maltin, fis-Sala tas-Soċjetà ta’ l-Arti, Manifattura u Kummerċ, Triq ir-Repubblika, il-Belt. Mons, G. Zammit, wara ippreżżenta l-Poeżija lill-President tal-Għaqda is-Sur Alfred Massa.

Subscribe to:
Posts (Atom)